Mur għall-kontenut ewlieni
Climate Action
KonsultazzjoniMagħluqin

Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Dettalji

Status
Magħluqin
Data tal-ftuħ
Skadenza

Udjenza fil-mira

Please find information in Target group(s) section.

Għaliex qed nagħmlu din il-konsultazzjoni

Titlu

Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Qasam/Oqsma ta’ politika

Azzjoni klimatika

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

Servizzi bankarji u finanzjarji

Fruntieri u sigurtà

Negozju u Industrija

Impjiegi u affarijiet soċjali

Enerġija

Ambjent

Politika Ewropea tal-viċinat

Affarijiet barranin u politika tas-sigurtà

Għajnuna umanitarja u protezzjoni ċivili

Kooperazzjoni internazzjonali u żvilupp

Affarijiet marittimi u sajd

Migrazzjoni u asil

Politika reġjonali

Riċerka u innovazzjoni

Kummerċ

Trasport

Grupp(i) fil-mira

Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet huma partikolarment imfittxija minn professjonisti li jittrattaw mal-adattament għat-tibdil fil-klima fit-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet fl-UE.

Perjodu ta' konsultazzjoni

7/12/2017 – 1/3/2018

Objettiv tal-konsultazzjoni

Introduzzjoni

L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (minn issa ’l quddiem: l-Istrateġija) adottata f’April 2013 għandha l-għan li żżid ir-reżiljenza fit-territorju tal-UE billi ssaħħaħ il-livell ta’ tħejjija u l-kapaċità tal-livelli kollha tal-gvern biex jirrispondu għall-impatti tat-tibdil fil-klima. L-Istrateġija tinkludi l-obbligu li twassal tliet objettivi - il-promozzjoni ta’ azzjoni mill-Istati Membri; azzjoni ta’ “reżistenza għat-tibdil fil-klima” fil-livell tal-UE; u teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi ta’ informazzjoni aħjar - permezz tal-implimentazzjoni ta’ tmien Azzjonijiet:

  • Azzjoni 1: Tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jadottaw strateġiji ta' adattament komprensivi: Din l-azzjoni tinvolvi l-għoti ta’ linji gwida mill-Kummissjoni Ewropea biex tgħin lill-Istati Membri biex jiżviluppaw, jimplimentaw u janalizzaw il-politiki ta’ adattament tagħhom, kif ukoll l-iżvilupp ta’ tabella ta’ valutazzjoni tat-tħejjija għall-adattament, li tidentifika l-indikaturi ewlenin biex jitkejlu l-livelli ta’ tlestija tal-Istati Membri dwar il-klima.
  • Azzjoni 2: Tipprovdi finanzjament mil-LIFE biex tappoġġja l-bini tal-kapaċità u tħaffef l-azzjonijiet għall-adattament fl-Ewropa (2014-2020): Il-Kummissjoni se tippromwovi l-adattament f’oqsma vulnerabbli (l-immaniġġjar transkonfinali tal-għargħar; l-immaniġġjar transkonfinali tal-kosta; l-integrazzjoni tal-adattament fl-ippjanar tal-użu tal-artijiet urbani, fit-tqassim tal-bini u fil-ġestjoni tar-riżorsi naturali; żoni muntanjużi u ġżejjer; il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma; il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u n-nirien fil-foresti f'żoni fejn hemm tendenza ta' nixfa). Il-Kummissjoni se tappoġġja wkoll it-twaqqif ta' valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà u ta' strateġiji ta' adattament, inklużi dawk ta' natura transkonfinali u se tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar l-adattament.
  • Azzjoni 3: Tintroduċi l-adattament fil-qafas tal-Patt tas-Sindki (2013/2014): Il-Kummissjoni se tappoġġja l-adattament fl-ibliet, b’mod partikolari billi tvara inizjattiva, ibbażata fuq il-mudell tal-Patt tas-Sindki, li permezz tiegħu l-awtoritajiet lokali jistgħu jieħdu impenn volontarju ta’ adozzjoni ta’ strateġiji u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni lokali.
  • Azzjoni 4: Timla l-lakuni fl-għarfien: Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati biex jiġu identifikati l-lakuni fl-għarfien dwar l-adattament u l-għodod u l-metodoloġiji rilevanti biex jindirizzawhom, u tuża s-sejbiet fil-programmar ta’ Orizzont 2020, il-programm qafas tal-UE 2014-2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni. Se tindirizza wkoll il-ħtieġa ta’ aktar rabtiet bejn ix-xjenza, it-tfassil tal-politiki u l-kummerċ. Il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà madwar l-UE, se tappoġġja ċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta fix-xogħol tiegħu tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima, u twettaq analiżi komprensiva ta' x'se jkun isarraf għall-UE t-tibdil fil-klima madwar id-dinja.
  • Azzjoni 5: Tkompli tiżviluppa l-Climate-ADAPT bħala "punt wieħed ta' servizz" għall-informazzjoni dwar l-adattament fl-Ewropa. Il-Kummissjoni u l-EEA se jiffaċilitaw iżjed l-aċċess għall-informazzjoni u jiżviluppaw interazzjoni bejn Climate-ADAPT u pjattaformi ta’ għarfien rilevanti oħra, inklużi portali nazzjonali u lokali. Se tingħata attenzjoni speċjali lil valutazzjonijiet tal-kostijiet-benefiċċji tal-politika u lill-finanzjament innovattiv.
  • Azzjoni 6: Tiffaċilita r-reżistenza għat-tibdil fil-klima fil-Politika Agrikola Komuni (PAK), fil-Politika ta' Koeżjoni u fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS): Il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar kif jista’ jiġi integrat iżjed l-adattament fil-PAK, il-Politika ta’ Koeżjoni u l-PKS. L-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jużaw ukoll il-fondi taħt il-Politika ta' Koeżjoni tal-2014-2020 u l-PAK biex jimlew il-lakuni fl-għarfien u jinvestu fl-analiżi, il-valutazzjonijiet tar-riskji, l-għodod meħtieġa u biex jibnu l-kapaċità għall-adattament.
  • Azzjoni 7: Tiżgura infrastruttura aktar reżiljenti: Din l-azzjoni tinkludi l-varar ta’ mandat għall-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni biex jidentifikaw u jirrevedu standards rilevanti għall-industrija fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport u tal-bini, biex tiġi żgurata inklużjoni aħjar tal-kunsiderazzjonijiet tal-adattament. Kienu pprovduti linji gwida għal dawk li jiżviluppaw il-proġetti biex l-investimenti vulnerabbli jsiru reżistenti għat-tibdil fil-klima mal-Istrateġija. Il-Kummissjoni se tesplora wkoll il-ħtieġa għal gwida addizzjonali għall-mobilizzazzjoni ta’ approċċi għall-adattament ibbażati fuq l-ekosistema.
  • Azzjoni 8: Tippromwovi l-assigurazzjoni u prodotti finanzjarji oħrajn għall-investiment reżiljenti u għad-deċiżjonijiet kummerċjali: Flimkien mal-Istrateġija l-Kummissjoni adottat Green Paper dwar l-assigurazzjoni ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. Il-Kummissjoni tara li jiżdied il-bejgħ tal-assigurazzjoni kontra d-diżastri naturali u li jinħareġ il-potenzjal kollu tal-ipprezzar tal-assigurazzjoni u ta' prodotti finanzjarji oħra ta' għarfien, prevenzjoni u taffija tar-riskji, u għal reżiljenza fuq medda ta' żmien twil fl-investiment u fid-deċiżjonijiet kummerċjali.

Objettivi tal-konsultazzjoni

Fl-2016, il-Kummissjoni varat evalwazzjoni tal-Istrateġija. L-evalwazzjoni teżamina l-implimentazzjoni u l-kisbiet tal-Istrateġija meta mqabbla ma’ dak li kien mistenni fiż-żmien meta ġiet adottata l-Istrateġija fl-2013. Hija tħares ukoll lejn l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet li l-Istrateġija tirrispondi għalihom, pereżempju fid-dawl tal-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015, li jittratta l-adattament għat-tibdil fil-klima fuq bażi ugwali mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra. L-evalwazzjoni ssegwi l-qafas standard għall-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE u teżamina r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE. Issib aktar dettalji dwar l-evalwazzjoni u l-mistoqsijiet speċifiċi tal-evalwazzjoni fil-pjan direzzjonali għall-evalwazzjoni.

Din il-konsultazzjoni pubblika miftuħa hija waħda mill-attivitajiet ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati li ssir biex tinġabar evidenza biex tappoġġja l-evalwazzjoni tal-Istrateġija.

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni qed titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jibagħtu l-kummenti fil-kuntest ta' konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku ġenerali b'informazzjoni dwar x'jirrappreżentaw u lil min billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u jikkonformaw mal-Kodiċi tal-Kondotta tiegħu . Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, hija l-politika ddikjarata tal-Kummissjoni li din il-kontribuzzjoni titniżżel bħala parti mill-kontribuzzjonijiet individwali. (L-Istandards ta' Konsultazzjoni, ara COM (2002) 704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-ETI, ara COM (2007) 127 tal-21/03/2007). Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex irreġistrata, għandek l-opportunità li Tirreġistra issa.

Il-kontribuzzjonijiet li jaslu jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li taqra l-istqarrija dwar il-privatezza speċifika mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu ttrattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Se jitqiesu u jiġu inklużi fir-rapport ta' sinteżi biss dawk it-tweġibiet li jaslu permezz tal-kwestjonarju online. Dawk li jwieġbu l-kwestjonarju online se jkunu jistgħu japplowdjaw dokument, bħal dokument ta’ pożizzjoni. Dan id-dokument se jiġi ppubblikat flimkien mat-tweġiba.

Ara l-kwestjonarju

Il-kwestjonarju hu disponibbli permezz ta’ EU Survey.

Laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika

Laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, fit-23 ta’ Jannar 2018, fis-Centre de Conférences Albert Borschette, Rue Froissart 36, 1040 Etterbeek, Brussell, il-Belġju.

Dokumenti ta' referenza u konsultazzjonijiet relatati oħra

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà

Għandu jiġi nnutat li d-dokumenti ta’ sfond huma parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni li għaddej bħalissa ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-konsulenti esterni u ma jirrappreżentawx il-fehmiet tal-Kummissjoni. Din il-konsultazzjoni qed issir fi żmien meta t-tim ta’ konsulenza temm l-eżami dokumentarju tiegħu kif ukoll l-istħarriġiet u l-intervisti mmirati. B’hekk, is-sejbiet ippreżentati fid-dokumenti ta’ sfond u fil-kwestjonarju huma preliminari u ma jirrappreżentawx il-valutazzjoni sħiħa, peress li s-sejbiet u l-konklużjonijiet jistgħu jinbiddlu hekk kif ix-xogħol javvanza.

Dettalji ta' kuntatt

Email: CLIMA-CLIMATE-CHANGE-ADAPTATIONatec [dot] europa [dot] eu (CLIMA-CLIMATE-CHANGE-ADAPTATION[at]ec[dot]europa[dot]eu)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika
Direttorat A (Kwistjonijiet Internazzjonali u Integrazzjoni)
Unità A3: Adattament
Il-Kummissjoni Ewropea
B-1049 Brussell
Il-Belġju

Ara l-kontribuzzjonijiet

lI-Kummissjoni tippubblika t-tweġibiet ftit wara tmiem il-perjodu tal-konsultazzjoni.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

lI-Kummissjoni tippubblika hawnhekk it-tweġibiet u r-riżultati tal-konsultazzjoni ftit wara tmiem il-perjodu tal-konsultazzjoni.

Il-protezzjoni tad-data personali L-Istqarrija ta’ privatezza speċifika

Wieġeb il-konsultazzjoni

Il-perjodu biex tirrispondi għal din il-konsultazzjoni ntemm. Nirringrazzjawk tal-kontribut tiegħek.