Mur għall-kontenut ewlieni
Climate Action
KonsultazzjoniMagħluqin

Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istabbiliment ta’ Fond għall-Innovazzjoni

Dettalji

Status
Magħluqin
Data tal-ftuħ
Skadenza

Udjenza fil-mira

Please find information in Target group(s) section.

Għaliex qed nagħmlu din il-konsultazzjoni

Titlu

Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istabbiliment ta’ Fond għall-Innovazzjoni

Qasam/Oqsma ta’ politika

Azzjoni Klimatika

Grupp(i) fil-mira.

Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. L-aktar li qegħdin jintalbu kontribuzzjonijiet huma mingħand:

  • Partijiet ikkonċernati affettwati direttament mir-Regolament tal-Kummissjoni u partikolarment interessati (x’aktarx li jibbenefikaw mill-finanzjament): l-industriji, b’mod partikolari tal-ħadid, l-azzar, l-aluminju, ir-ram, l-irfinar taż-żejt, l-industriji tas-sustanzi kimiċi u bbażati fuq prodotti bijoloġiċi u tal-polpa tal-karta, is-siment, il-ġir, il-ħġieġ u ċ-ċeramika, il-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli, u industriji/impjanti tal-enerġija li jużaw it-teknoloġiji tas-CCS/CCU.
  • Partijiet ikkonċernati affettwati indirettament mir-Regolament tal-Kummissjoni u partikolarment interessati (x’aktarx li ma jibbenefikawx mill-finanzjament, iżda ddikjaraw interess fl-inizjattiva): l-assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-UE/nazzjonali, l-NGOs ambjentali, l-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE; il-Bank Ewropew tal-Investiment/istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE/nazzjonali; l-Istati Membri.
  • Il-pubbliku ġenerali.
Perjodu ta' konsultazzjoni

15/01/2017 - 10/04/2018

Objettiv tal-konsultazzjoni
  • Li tagħti lill-pubbliku u l-partijiet ikkonċernati b’mod wiesa’ l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-elementi rilevanti għall-istabbiliment tal-Fond għall-Innovazzjoni;
  • Li tiġbor input (data u informazzjoni fattwali, fehmiet esperti) mill-industrija, l-akkademja u partijiet ikkonċernati interessati oħrajn dwar elementi speċifiċi, bħalma huma l-isfidi ewlenin tal-innovazzjoni, l-aspettattivi u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-benefiċjarji potenzjali, li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jitfassal il-Fond għall-Innovazzjoni
  • Li tiżgura li l-partijiet ikkonċernati interessati affettwati kollha huma rappreżentati.
Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni qed titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jibagħtu l-kummenti fil-kuntest ta' konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku ġenerali b'informazzjoni dwar x'jirrappreżentaw u lil min billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u jikkonformaw mal-Kodiċi tal-Kondotta tiegħu. Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, hija l-politika ddikjarata tal-Kummissjoni li din il-kontribuzzjoni titniżżel bħala parti mill-kontribuzzjonijiet individwali. (L-Istandards ta' Konsultazzjoni, ara COM (2002) 704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-ETI, ara COM (2007) 127 tal-21/03/2007). Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex irreġistrata, għandek l-opportunità li Tirreġistra issa.

Il-kontribuzzjonijiet li jaslu jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li taqra l-istqarrija dwar il-privatezza speċifika mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu ttrattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Se jitqiesu u jiġu inklużi fir-rapport ta' sinteżi biss dawk it-tweġibiet li jaslu permezz tal-kwestjonarju online. Dawk li jwieġbu l-kwestjonarju online se jkunu jistgħu japplowdjaw dokument, bħal dokument ta’ pożizzjoni. Dan id-dokument se jiġi ppubblikat flimkien mat-tweġiba.

Ara l-kwestjonarju

Il-kwestjonarju hu disponibbli permezz ta’ EU Survey.

Dokumenti ta' referenza u konsultazzjonijiet relatati oħra
Dettalji ta' kuntatt

Email: CLIMA-IF-CONSULTATIONatec [dot] europa [dot] eu (subject: Public%20Consultation%20on%20the%20Establishment%20of%20the%20Innovation%20Fund) (CLIMA-IF-CONSULTATION[at]ec[dot]europa[dot]eu)

Directorate-General for Climate Action
Directorate C (Climate Strategy, governance and emissions from non-trading sectors)
Unit C3: Land Use and Finance for Innovation
European Commission
B-1049 Brussels
Belgium
Ara l-kontribuzzjonijiet
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Ir-Rapport ta’ Konsultazzjoni se jiġi ppubblikat fi żmien xahrejn wara d-data tal-għeluq tal-Konsultazzjoni Pubblika.

Ir-rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika se jkun rifless ukoll fil-Valutazzjoni tal-Impatt relatata, u l-proposta tal-Att Delegat, li hi ppjanata li tiġi proposta fi tmiem l-2018.

Il-protezzjoni tad-data personali L-Istqarrija ta’ privatezza speċifika

Wieġeb il-konsultazzjoni

Il-perjodu biex tirrispondi għal din il-konsultazzjoni ntemm. Nirringrazzjawk tal-kontribut tiegħek.