Mur għall-kontenut ewlieni
Climate Action
KonsultazzjoniMagħluqin

Strateġija tal-UE fuq terminu twil għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra

Dettalji

Status
Magħluqin
Data tal-ftuħ
Skadenza

Udjenza fil-mira

Please find information in Target group(s) section.

Għaliex qed nagħmlu din il-konsultazzjoni

Titolu

Strateġija tal-UE fuq terminu twil għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett serra

Deskrizzjoni

L-istrateġija tirrifletti dwar viżjoni fit-tul għal ekonomija moderna Ewropea għall-Ewropej kollha u dwar l-opportunitajiet u l-isfidi li timplika d-dekarbonizzazzjoni fit-tul.

Data tal-ftuħ

17.07.2018

Data tal-għeluq

09.10.2018

Temi

Klima, Enerġija, Trasformazzjoni ekonomika wiesgħa għal soċjetà b’karbonju baxx

Oqsma ta' politika

Klima, Enerġija

Dipartimenti
  • DĠ Enerġija
  • DĠ Azzjoni Klimatika
Grupp(i) fil-mira

Kwalunkwe parti interessata, inklużi ċ-ċittadini, in-negozju, il-Kummerċ, organizzazzjonijiet ta’ negozju u professjonali, NGOs, konsulenza, riċerka u akkademja, Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-awtoritajiet reġjonali, lokali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew sottonazzjonali mħalltin oħrajn kemm awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u internazzjonali.

Għan tal-konsultazzjoni

Il-konsultazzjoni għandha l-għan li:

  • Tiġbor il-fehmiet u l-opinjonijiet dwar il-mogħdijiet teknoloġiċi u soċjoekonomiċi li għandhom ikunu esplorati għal strateġija għal tnaqqis fit-tul fl-emissjonijiet tal-GHG tal-UE;
  • Tiġbor informazzjoni fattwali, data u għarfien dwar l-elementi mhux koperti minn eżerċizzji ta’ rapportar, inklużi l-kawżi ewlenin u l-ostakoli, l-isfidi u l-opportunitajiet rilevanti għall-istrateġija fit-tul.

Il-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tkopri t-tip ta’ trasformazzjonijiet meħtieġa, il-livell ta’ ambizzjoni, l-azzjonijiet prinċipali biex titwettaq din it-trasformazzjoni, inklużi l-interazzjonijiet ma’ trasformazzjonijiet pendenti, l-isfidi u l-opportunitajiet soċjetali u ekonomiċi, ir-rwol tal-konsumatur, il-ħtieġa għall-investiment u l-innovazzjoni. Hi se tindirizza wkoll mistoqsijiet tekniċi dwar il-potenzjal ta’ xi wħud mill-opzjonijiet ta’ mitigazzjoni.

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Il-kwestjonarju hu disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE (minbarra l-Irlandiż), u t-tweġibiet jistgħu jintbagħtu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Se tieħu madwar 25 minuta biex twieġeb il-kwestjonarju.

Jekk jogħġbok innota li biex jiġi żgurat proċess ta’ konsultazzjoni ġust u trasparenti, se jitqiesu biss it-tweġibiet tal-kwestjonarju online u dawn biss se jiddaħħlu fir-rapport li jiġbor it-tweġibiet fil-qosor.

Il-kwestjonarju għandu tliet taqsimiet:

  • Taqsima Ii fiha mistoqsijiet li jistabbilixxu informazzjoni dwarek bħala rispondent.
  • Taqsima II fiha mistoqsijiet ġenerali dwar il-qafas ta’ politika ambjentali.

Biex tipparteċipa m’intix obbligat li timla l-mistoqsijiet kollha. Il-kwestjonarju joffri wkoll il-possibbiltà li tapplowdja dokumenti li jkun fihom dikjarazzjonijiet bil-miktub. L-opinjoni tiegħek hi importanti għalina. Grazzi ħafna talli ħadt il-ħin biex tikkontribwixxi f'din il-konsultazzjoni.

Ara l-kwestjonarju
Informazzjoni addizzjonali

Bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza, il-Kummissjoni titlob lil dawk l-organizzazzjonijiet (inklużi l-NGOs, il-korpi kummerċjali, l-intrapriżi, eċċ.) li jixtiequ jieħdu sehem fil-konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku l-informazzjoni dwar x’jirrappreżentaw u lil min, l-objettivi, il-finanzjament u l-istrutturi tagħhom, billi jirreġistraw fir-Reġistru ta' Trasparenza u jiddikjaraw li jaqblu mal-Kodiċi ta’ Kondotta tiegħu.

Jekk inti organizzazzjoni reġistrata, jekk jogħġbok daħħal in-numru tal-ID tar-Reġistru tiegħek fil-kwestjonarju. B'hekk il-kontribuzzjoni tiegħek titqies li tirrappreżenta l-opinjonijiet tal-organizzazzjoni tiegħek.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix irreġistrata għandek l-opportunità li tirreġistraha issa. Imbagħad ejja lura f'din il-paġna biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni reġistrata.

Waqt l-analiżi tat-tweġibiet li jkunu ħarġu minn konsultazzjoni, il-kontribuzzjonijiet tar-rispondenti li jagħżlu li ma jirreġistrawx se jiġu trattati bħala kontribuzzjonijiet individwali (sakemm il-kontributuri ma jiġux rikonoxxuti bħala partijiet ikkonċernati rappreżentattivi bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat, id-Djalogu Soċjali Ewropew, l-Artikoli 154-155 tat-TFUE).

Stqarrija ta’ privatezza speċifika

Dettalji ta’ kuntatt

Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika - Unità C1

E-mail: CLIMA-ENER-LONG-TERM-STRATEGYatec [dot] europa [dot] eu (CLIMA-ENER-LONG-TERM-STRATEGY[at]ec[dot]europa[dot]eu)

Indirizz tal-posta:

European Commission
Directorate-General Climate Action
Unit C1
B-1049 Bruxelles
Belgium
Ara l-kontribuzzjonijiet
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
Protezzjoni tad-data personali Stqarrija ta’ privatezza speċifika

Wieġeb il-konsultazzjoni

Il-perjodu biex tirrispondi għal din il-konsultazzjoni ntemm. Nirringrazzjawk tal-kontribut tiegħek.