Skip to main content
Climate Action
KonsultazzjoniMagħluqin

Konsultazzjoni Pubblika dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-Ożonu

Dettalji

Status
Magħluqin
Data tal-ftuħ
Skadenza

Udjenza fil-mira

Please find information in Target group(s) section.

Għaliex qed nagħmlu din il-konsultazzjoni

Titolu

Evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-Ożonu

Qasam/Oqsma ta’ politika

L-Azzjoni Klimatika

Grupp(i) fil-mira

Iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet kollha kienu mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni pubblika.

Din issir flimkien ma’ konsultazzjoni mmirata fejn inġabru l-opinjonijiet u d-data min-negozji u l-awtoritajiet.

Napprezzaw l-aktar kontributi mingħand:

  • parteċipanti fl-industrija li jittrattaw ma’ alternattivi għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
  • assoċjazzjonijiet tan-negozju
  • istituzzjonijiet ta’ riċerka / tal-edukazzjoni li jittrattaw ma’ alternattivi għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
  • awtoritajiet fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali
  • esperti legali dwar il-liġi tal-UE u dik internazzjonali
  • ċittadini / konsumaturi
  • organizzazzjonijiet mhux governattivi
Perjodu ta' konsultazzjoni

Mill-01 ta’ Ġunju 2018 sal-24 ta’ Awwissu 2018

Għan tal-konsultazzjoni

L-għanijiet tal-konsultazzjoni huma li:

  • jiġi żgurat li l-partijiet affettwati u kkonċernati kollha jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-konsultazzjoni;
  • il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jagħtu l-feedback tagħhom dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Ożonu;
  • tinġabar data u fehmiet sabiex jiġi mifhum kif u għaliex il-miżuri varji tar-Regolament taw jew ma tawx ir-riżultati mistennija;
  • tinkiseb informazzjoni dwar l-esperjenzi tal-partijiet ikkonċernati affettwati li jaġixxu f’konformità mar-Regolament, b’mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ konformità;
  • tiġi kkumplimenta d-data miġbura minn informazzjoni dwar alternattivi użati mill-industrija għal użi eżentati (jiġifieri l-użu ta’ aġent tal-proċess, l-użu kritiku u l-użu fil-laboratorju).
Kif tibgħat il-kontribut tiegħek

Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni qed titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jibagħtu l-kummenti fil-kuntest ta' konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku inġenerali b'informazzjoni dwar x'jirrappreżentaw u lil min billi jirreġistraw fir-Reġistru ta’ Trasparenza u jikkonformaw mal-Kodiċi ta’ Kondotta tiegħu. Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, hija l-politika ddikjarata tal-Kummissjoni li dan il-kontribut jiġi elenkat bħala parti mill-kontributi individwali. (L-Istandards ta' Konsultazzjoni, ara COM (2002) 704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-ETI, ara COM (2007) 127 tal-21/03/2007). Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhijiex reġistrata, għandek l-opportunità li Tirreġistra issa.

Se jitqiesu u jiġu inklużi fir-rapport ta' sinteżi biss dawk it-tweġibiet li jaslu permezz tal-kwestjonarju online. Dawk li jwieġbu l-kwestjonarju online se jkunu jistgħu japplowdjaw dokument, ngħidu aħna bħal dokument ta’ pożizzjoni. Dan id-dokument se jiġi ppubblikat flimkien mat-tweġiba.

Il-kontributi li jaslu, se jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li taqra l-istqarrija dwar il-privatezza speċifika mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif id-data personali tiegħek u l-kontribut tiegħek se jiġu ttrattati.

Ara l-kwestjonarju
Dokumenti ta' referenza u konsultazzjonijiet relatati oħra
Dettalji ta’ kuntatt

Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika - Unità A2 - Il-Finanzjament tal-Miżuri Marbutin mal-Klima, l-Integrazzjoni u l-Protokoll ta’ Montreal

Email: clima-ods@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat-Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika
Unità A2 - Il-Finanzjament tal-Miżuri Marbutin mal-Klima, l-Integrazzjoni u l-Protokoll ta’ Montreal
B-1049 Brussell
Il-Belġju
Ara l-kontributi
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss
Il-protezzjoni tad-data personaliL-Istqarrija dwar il-privatezza speċifika

Wieġeb il-konsultazzjoni

Il-perjodu biex tirrispondi għal din il-konsultazzjoni ntemm. Nirringrazzjawk tal-kontribut tiegħek.