Kull fejn taħdem, hemm ħafna azzjonijiet sempliċi li tista’ tieħu biex tgħin tiffranka r-riżorsi, l-enerġija u l-emissjonijiet.
L-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (“EMAS”) tal-UE hi miftuħa għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet, fl-Ewropa u mad-dinja kollha, biex tgħinhom jevalwaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

- Uża l-mug tiegħek, minflok tazzi tal-plastik jew tal-karti li jintużaw darba u jintremew. Jekk tixrob darbtejn kafè kuljum, dan jiffranka madwar 500 tazza mormija fis-sena.
- Aħseb qabel ma tipprintja! Ikkunsidra jekk verament jeħtiġlekx tipprintja dokument jew email u ħeġġeġ persuni oħrajn biex jagħmlu l-istess. Jekk jeħtieġlek tipprintja dokument, ipprintjah fuq iż-żewġ naħat tal-karta.
- Itfi l-kompjuter tiegħeku l-printers billejl u fil-weekends. U ċċekkja s-settings tal-kompjuter tiegħek – għandu jkun hemm opzjonijiet ta’ ffrankar tal-enerġija li tista’ tużahom.
- Ixtri fornimenti bl-ingrossa. Issuġġerixxi li jiġu ssostitwiti pakketti individwali tal-kafè, taz-zokkor, tal-krema u tat-tè ma’ kontenituri għall-użu ta' kulħadd. Dan hu irħas u jnaqqas l-iskart.
- Ipprova naqqas l-ivvjaġġar lejn ix-xogħol permezz ta’ telekonferenzi jew ta’ opzjonijiet ta’ laqgħat mill-bogħod oħrajn.
- Staqsi lill-manager tiegħek jekk il-binja tiegħek għandhiex awditjar tal-enerġija. Miżuri bażiċi ta’ ffrankar tal-enerġija, bħal dawl li jiġi attivat bil-moviment, jistgħu b’mod sinifikanti jnaqqsu l-kontijiet.